

Ġużeppi Buhagiar jitkellem mil-lenti ta’ għalliem u Special Constable.

Frank jitkellem dwar il-ġbir, mit-tfal ta’ dak iż-żmien, ta’ biċċiet ta’ bombi sploduti u ħwejjeġ oħra marbutin mal-Gwerra, imma anki dwar l-ewwel ajruplan li waqa’ fuq Għawdex.

Charles Bezzina jibda mit-tifkiriet ta’ missieru stess, Frank, li fi żmien il-Gwerra kellu mal-15-il sena. Imbagħad jibdew l-għoxrin tifkira rrakkuntati direttament minn min għex dawk is-snin ta’ biża’, imma anki snin ta’ prova. Wara l-Introduzzjoni Bezzina jinkludi wkoll numru sabiħ ta’ ritratti b/w li jintrabtu ma’ Għawdex fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija. Din l-Introduzzjoni tinqasam fi 15-il parti: it-taqsimiet jittrattaw suġġetti bħall-pożizzjoni strateġika ta’ Għawdex, l- air-raids, l-ajruplani li waqgħu fuq Għawdex, ir-refuġjati Maltin (li telgħu miz-zona tal-Port il-Kbir, mid-Dar ta’ San Vinċenz de Paul, imma anki minn Ordnijiet differenti ta’ sorijiet u patrijiet), l-amministrazzjoni Għawdxija, l-edukazzjoni (is-sistema tal- half-time, fejn filgħodu kienu jiġu mgħallma s-subien u waranofsinhar il-bniet, sistema li kienet talterna dan il-mudell kull tant żmien), l-Uffiċċju tal-Protezzjoni, il- black market, il-Knisja (li għenet ħafna biex żammet lill-poplu psikoloġikament intatt u b’saħħtu), l-isptarijiet Għawdxin, il-ġbir tal-qamħ u t-tħin tal-imtieħen, l-ispazju marittimu bejn Malta u Għawdex, il-proviżjonijiet tad-difiża, u l-mitjar f’Għawdex. Biex jgħin lill-qarrej isir jaf aktar dwar dak li ġarrab Għawdex matul is-snin tal-Gwerra u juri l-impatt li din kellha fuq il-gżira, Bezzina jinkludi Introduzzjoni – “A look at Gozo during the War 1940-1943” – daħla mdaqqsa (ta’ 23 paġna) fejn jagħti titwila lejn Għawdex waqt dan il-perijodu, kollu materjal meħud mill-ktieb Il-Qilla tal-Gwerra fuq Għawdex 1940-1943.
